Fl-aħħar 11-il sena rduppjaw il-minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza f’xi faċilità korrettiva f’Malta.
Jirriżulta li fis-sena 2024 kienu tmien minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza – tnejn kellhom l-eta ta’ 15-il sena, tnejn kellhom 16-il sena u erba’ kellhom 17-il sena. Fis-sena 2013 kien hemm erba’ minuri, wieħed ta’ 14 -il sena u tlieta ta’ 17 -il sena li kienu qegħdin jiskontaw sentenza.
Fis-sena 2015 kien hemm żewġ minuri ta’ 15 u 16-il sena rispettivament li kienu qegħdin jiskontaw sentenza.
Ir-reati li għalihom kienu ħatja kienu jinkludu ksur ta’ probation, ħarba mill-kustodja tal-Pulizija, disprezz tal-Qorti, offiżi relatati ma’ traffiku, Correctional Care Order, serq aggravat, ksur tal-kundizzjonijiet tal-libertà kundizzjonata, pussess ta’ dokumenti foloz, konverżjoni ta’ multa, u falsifikazzjoni ta’ passaport.
L-ammont ta’ reati minn minuri li kienu qegħdin jiskontaw sentenza ngħata mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>