L-istudenti li ġejjim minn xi pajjiż barra mill-Ewropa fl-iskola primarja u kindergarten ta’ San Pawl il-Baħar jammontaw għal 307. L-istudenti Ewropej fl-iskola primarja u kindergarten ta’ San Pawl il-Baħar huma 129 filwaqt li n-numru ta’ Maltin hu ta’ 224. B’kolox, f’din l-iskola hemm 660 sudent.
Dan ifisser li hemm ħafna aktar studenti li ġejjin minn xi pajjiż barra mill-Ewropa milli Maltin. Ifisser ukoll li kważi nofs il-popolazzoni (46.5%) ta’ studenti f’din l-iskola huma studenti barra mill-Ewropa.
Dan it-tagħrif dwar l-istudenti li jattendu l-iskola primarja u kindergarten ta’ San Pawl il-Baħar ingħata fil-Parlament mill-Ministru Clifton Grima għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea.
//= $special ?>