Lokali

LEAKS MIL-LABOUR: “Madwar Clifton Grima hemm il-problemi, u jekk mhux jinduna mhux postu hemm”

L-eks Kap tas-Segretarjat tal-Ministru jgħid li fis-segretarjat ta' Clifton Grima m'hemm ħadd gradwat

Jekk mhux jinduna li għandu l-problemi madwaru, il-Minsitru Clifton Grima mhux postu hemm. It’s a recipe for disaster.

Dan saħqu l-eks Kap tas-Segretarjat Ryan Borg f’recordings li ġew leaked miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u li waslu għand Net News – recordings li jixhdu l-istat li preżentament qed jitmexxa bih il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-iSport taħt il-Minsitru Grima.

a recipe for disaster

Recordings sigrieti li waslu għand Net News mill-qalba tal-Labour

Wara t-tgergir b’rabta mat-tifrik fil-kwart ta’ mil f’Ħal Far, wara l-iskandlu u tħarbit fl-AIMS u b’mod partikolari wara l-kritika għall-mod li bih qed imexxi l-Ministeru tal-Edukazzjoni, inevitabbilment issa qed jidhru x-xquq.

U dejjem skont ma qal Ryan Borg, li sa ftit tax-xhur ilu  kien l-id il-leminija ta’ Clifton Grima bi ħbiberija u qrubija liema bħalha, fis-Segretarjat tiegħu bħalissa m’hemmx  persuna gradwata.

“Jiena ħa ngħidlek dan jekk mhux qed jinduna li għandu problemi madwaru bir-rispett kollu ta’ mhux postu hemm ta’. Illum nirraġuna hekk. Għax ifhimni jekk inti fl-edukazzjoni, fil-Ministeru, m’għandekx wieħed gradwat fis-segretarjat…wieħed ta’! It’s a recipe for disaster hux”

F’dan l-awdjo leaked mill-kurituri tal-Labour jinstema’ kif il-ħaddiema fis-Segretarjat tal-Ministru Grima ftit li xejn issibhom f’posthom u agħar minn hekk attakka liċ-Chief of Staff tal-Ministru, fejn saħansitra qal li dan tal-aħħar ma jafx jikteb.

Iċ-Chief of Staff tal-Ministru Grima “lanqas jaf jikteb”

Borg ikompli jgħid li Clifton Grima ma jridx nies madwaru li huma kwalifikati imma yes man biss biex iħalluh jagħmel u jiddeċiedi li jrid.

In-nies ma ssibhomx ‘l hemm. Meta tmur nhar it-Tnejn ara ssibx in-nies ara. Għoddhom ara jekk hemmx għoxrin ruħ hemmhekk. U ejja hux għandek, għandek iċ-Chief of Staff lanqas jaf jikteb. Miskin raġel sew ta’ mhux qed ngħidlek mhux raġel sew imma Clifton ma jridx nies (kliem ħażin) kwalifikati. Irid nies li jgħidulu iva għal kollox hux. And that is a recipe for disaster”

Dawn il-leaks ikomplu jixhdu s-sitwazzjoni preżenti fi ħdan il-Partit Laburista u kemm fil-verità ċertu ministeri mhux qed jitmexxew bil-governanza tajba li tixraq lil dan il-pajjiż. Partit Laburista fil-Gvern li qed jgħejja u qed idur għalih innifsu.