Illejla l-Parlament ivvota fuq żewġ Mozzjonijiet – waħda mressqa mill-Gvern Laburista biex ineħħi d-dritt taċ-ċittadini li jitolbu inkjesta maġisterjali, u l-oħra mressqa mill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni b’soluzzjonijiet għall-kriżi tal-għoli tal-ħajja.
Mozzjonijiet li juru biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti, differenza li reġgħet ħarġet anke fil-votazzjoni li saret illum.
Għax il-Partit Laburista moħħu biss fil-problemi tiegħu nnifsu, ivvota kontra l-Mozzjoni b’soluzzjonijiet għall-problemi tiegħek u favur il-Mozzjoni biex jipproteġi l-politiċi korrotti.
Għax il-Partit Nazzjonalista jħoss il-polz tan-nies, ivvota favur il-Mozzjoni b’soluzzjonijiet għall-problema tal-għoli tal-ħajja u kontra li jitneħħielek id-dritt tiegħek li titlob investigazzjoni fuq politiċi korrotti.
//= $special ?>