Ir-Rapport Nazzjonali dwar is-Sitwazzjoni tad-Droga f’Malta għas-sena 2023 jikkonferma kif aktar persuni qed ifittxu għajnuna minħabba d-dipendenza tal-kokaina.
Ir-rapport stess tal-Gvern juri li dawk li qed jitolbu l-għajnuna baqgħu jiżdiedu; l-istess xejra osservata matul is-sena ta’ qabel.
Iżda l-Gvern qed jinsisti li din tista’ tkun indikazzjoni pożittiva, hekk kif aktar persuni qed jagħżlu li jiġġieldu l-vizzju milli jibqgħu passivi u ma jiħdux azzjoni.
Skont iċ-ċifri tal-Gvern, madwar 2,300 persuna marru għat-trattament, bil-maġġoranza jkunu minħabba problema ta’ dipendenza mill-eroina segwita mill-kokaina.
Nies li fittxew l-għajnuna għat-trattamenti għall-kokaina ammontaw għal 41% tal-każijiet kollha, b’68% ta’ dawk bi problema tal-kokaina reġgħu fittxew l-għajnuna aktar minn darba. 90% ta’ dawk li qed ifittxu l-għajnuna huma Maltin.
//= $special ?>

