Lokali Parlament

Seba’ każi ta’ suwiċidju fi tliet xhur

Il-każijiet ta’ suwiċidju bejn Ottubru u Diċembru 2024 kienu sebgħa.

In-numru ta’ każijiet ta’ suwiċidju fil-perjodu msemmi, fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, ingħata fil-Parlament wara mistoqsija parlamentari li saret mid-Deputat  Nazzjonalista Graziella Attard Previ lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Ta’ min ifakkkar li fil-Faċilià Korrettiva ta’ Kordin biss dan l-aħħar saru xejn inqas minn 14-il suwiidju bl-Ispeaker iqis li mhux urġenti li l-Parlament jiddiskuti s-sitwazzjoni ta’ suwiċidju fl-ħabs ta’ Kordin u ma jħallix id-dibattitu jsir fuq talba tal-Oppożizzjoni biex isir dan id-dibattitu li l-Gvern ma riedx li jiddibbatti bl-ebda mod fil-Parlament.

Fi żvilupp ieħor, il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar sigħat ikkundanna l-aġir tal-Ispeaker u qal li l-poplu jixraqlu Speaker serju, imparzjali u demokrariku.