Fil-Kumpless tal-Universita’ f’Tal-Qroqq kien fl-azzjoni t-tim Nazzjonali Malti tal-Futsal f’partita ta’ ritorn kontra l-Italja mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa 2026 – Grupp 2
Malta 1 Italja 5
Mit-telfa kbira ta’ 11 – 1 kontra l-istess Italja wara żewġ telfiet kontra Belarus u Fillandja t-tnejn bl-iskor ta’ 5 – 0, fit-tieni konfront kontra l-Italja, it-tim immexxi minn Gabriel Dobre f’mumenti qasam il-logħob mal-avversarji.
Fis-6.47 minuti kien JULIO DE OLIVEIRA li għeleb lil Mifsud biex poġġa lil Italja fil-vantaġġ. Reazzjoni minn Malta li fit-8.22 minuti kiseb il-gowl tad-draw minn GIANCARLO SAMMUT li għeleb lil Dalcin. Fit-18.51 minuti GABRIEL MOTTA għamel l-iskor 2 – 1 sabiex fid-19.56 minuti kien MURILO SCHIOCHET li għeleb lil Mifsud 3 – 1 .
Skor ta’ 3 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima fil-21.22 minuti GABRIEL MOTTA għamel l-iskor 4 – 1 bl-aħħar gowl għall-Italja skorjat minn MURILO SCHIOCHET fil-35.54 minuti għal iskor finali: Malta 1 Italja 5.
//= $special ?>