Il-Papa Franġisku għalaq 12-il sena jservi bħala l-Kap tal-Knisja Kattolika. Madwar id-dinja diversi Kattoliċi qed jiċċelebraw dan l-anniversarju b’ħafna talb.
Il-Papa Franġisku kien elett Papa fit-13 ta’ Marzu tal-2013, u issa ilu kważi xahar jingħata l-kura għal kundizzjoni tan-nifs fl-isptar Ġemeli.
Skont l-aħħar aġġornament mill-Vatikan… il-kundizzjoni tal-Papa Franġisku tjiebet, wara li r-riżultati tal-x-rays urew kambjament. Madanakollu, xorta waħda l-kundizzjoni tiegħu għadha waħda kumplessa u hu se jkun qed jinżamm fl-Isptar għall-osservazzjoni.
Il-Papa għadu ma deherx minn mindu ddaħħal l-Isptar għall-kura, filwaqt li l-anqas ritratti ma ġew ippublikati. Però aktar kmieni dan ix-xahar il-Vatikan semma recording tal-Papa jitkellem bil-lingwa nattiva tiegħu, l-Ispanjol.
//= $special ?>