Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jinsisti li jiddefendi l-vot li ħa kontra kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu kollu. Dan meta jum wara l-ieħor, għadd ta’ persuni qed isibuha diffiċli biex jgħaddu minn xahar għall-ieħor bil-prezzijiet li iktar ma jmur iktar qed jiżdiedu.
Eżatt wara dan il-vot fuq il-Mozzjoni tal-PN dwar l-Għoli tal-Ħajja, Net News stenna lill-Prim Ministru ħiereġ mill-Parlament u staqsejnieh għalfejn ħa dan il-vot – biex spiċċa jattakka lill-Partit Nazzjonalista li ilu għal dawn l-aħħar snin jirsisti ħalli l-poplu ma jibqax ibati mill-effetti tal-għoli tal-ħajja.
Net News baqa’ jistaqsi jekk għalih hix importanti l-ħajja tal-poplu u l-bżonnijiet tan-nies.
Mistoqsi għal darba darbtejn għalfejn ivvota kontra din il-mozzjoni importanti, huwa għażel li ma jweġibx u minflok qabad u telaq ‘l hemm.
Apparti li Robert Abela u sħabu vvotaw kontra l-mozzjoni li ppreżenta l-Partit Nazzjonalista bi proposti favur il-ġlieda tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, l-istess Gvern ressaq għat-Tieni Qari l-Abbożż li se jnaqqas id-dritt taċ-ċittadini li jitolbu li jkunu jafu l-verità kollha permezz ta’ Inkjesti Maġisterjali.
//= $special ?>