Futbol Sport

Bidu negattiv għall-kowċ Winston Muscat ma’ Ħamrun

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S……………………0

Sliema W……………………..1

Ħamrun S.: H. Bonello, S. Borg, S. Xerri (T. Barboza 59′), L. Montebello, J. Mbong, R. Prsa (R. Mihana 72′), E. Da Sliva, J. Cadenovic (E. Domingos 59′), E. Marcelina, C. Claros, R. Camenzuli

Sliema W.: E. Agu, J. Borg, A. Magri Overend, V. Plut (N. Frendo 87′), M. Beerman, G. Alcino, W. Da Silva (G. Acheampong 70′), M. Bernardo, S. Zibo, S. Pisani, M. Awad (M. Priadun 83′)

Referee: Malcolm Spiteri

Assistenti Referees: R. Vella, S. Calleja

Ħamrun Spartans sofrew daqqa ta’ ħarta oħra fil-ġlieda biex itemmu fl-ewwel post meta kienu megħluba 1-0 minn Sliema Wanderers, fl-ewwel partita tal-kowċ Winston Muscat wara li ħa f’idejh it-tmexxija tat-tim aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-23 minuta permezz ta’ Simon Ziba liema riżultat baqa’ ma nbidilx sat-tmiem.

Il-plejers ta’ Sliema jiċċelebraw il-gowl ta’ Simon Zibo (Ritratt: Joseph Galea)