Il-Ministru Julia Farrugia Portelli baqgħet tiddefendi l-fatt li d-deputati Laburisti l-Erbgħa filgħaxija vvutaw kontra mozzjoni mressqa mill-Partit Nazzjonalista – liema mozzjoni kienet intiża sabiex tittaffa’ l-pjaga tal-għoli tal-ħajja.
Il-Ħamis filgħodu Net News staqsa lil Ministru Julia Farrugia Portelli għaliex ma taqbilx fost l-oħrajn mal-elimazzjoni tat-taxxa fuq il-COLA u dwar għajnuniet lill-importaturi u l-esportaturi – riformi li kienu parti mill-mozzjoni importanti mressqa mill-PN fil-Parlament.
Apparti minn hekk, il-Ministru saħqet li hi u l-Gvern jinsabu ffukati sabiex jgħaddu liġijiet oħra, fost l-oħrajn dik tal-Inkjesti Maġisterjali – liġijiet li ser jirrestrinġu ċittadin privat milli jkollu aċċess sabiex jersaq quddiem Maġistrat għal ftuħ ta’ Inkjesta.
Intant, il-voti li ttieħdu fil-Parlament komplew juru biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin f’pajjiżna – hekk kif il-Gvern tal-Labour kien moħħu biss kif ser iressaq liġijiet li jnaqqsu d-dritt taċ-ċittadini, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ried jagħti aktar saħħa liċ-ċittadini, li jinsabu inkwetati biż-żieda fil-prezzijiet xahar wara l-ieħor.
//= $special ?>