In-Night Shelter li kien hemm fil-Faċilità San Vincenz de Paul li ngħalqet tul il-perjodu tal-Covid, baqa’ ma jilqax fih residenti anzjani matul illejl u għaldaqstat ma baqax iservi aktar ta’ Night Shelter.
Matul dan il-perjodu, il-binja nbidlet fi kwartieri għat-tobba li kienu jaħdmu qrib residenti bil-Covid. Il-Ministru Jo Etinne Abela qal fil-Parlament għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici li hemm pjanijiet biex fiż-żmien li ġej, f’din il-binja jinħoloq dipartiment ġdid b’servizzi li se jibdew jingħataw għall-ewwel darba f’San Vinċenz de Paul.
Id-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici staqsiet lill-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jiftaħ dan in-Night Shelter li kien hemm fil-Faċilità San Vincenz de Paul meta n-Night Shelter kien ikun dejjem mimli meta kien għadu miftuħ.
//= $special ?>