Kawża fil-Qorti kontra raġel ta’ 34 sena akkużat li ġiegħel lis-sieħba tiegħu tagħmel abort il-Ħamis waqa’ wara li l-mara ddikjarat li ma xtaqetx tkompli bil-każ. Ir-raġel kien ġie mixli li sforza lis-sieħba tiegħu biex ittemm it-tqala wara li allegatament ġiegħelha tieħu pilloli tal-abort meta kellha tqala ta’ tliet xhur.
Iżda l-każ twaqqa’ meta l-mara ta’ 25 sena telegħet tixhed, viżibilment b’għajnejha tax-xellug imbenġla u n-naħa tax-xellug ta’ wiċċha ħamrani. Hi ddikjarat li ma xtaqetx tkompli bil-każ. Ir-raġel u l-mar, li isimhom ma jistax jiġi ppubblikat b’ordni tal-Qorti, it-tnejn ġew mixlija separatament bi vjolenza domestika quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.
Ir-raġel, residenti Ħal Luqa, ġie mixli li hedded, aggredixxa u weġġa’ ħafif lis-sieħba tiegħu u ġiegħelha tagħmel abbort. Il-mara li twieldet il-Marokk, minn Għajnsielem, ġiet mixlija li heddidtu u li weġġgħetu ħafif.
Ir-raġel kellu girfa fuq wiċċu u s-suba’ l-kbir tal-lemin tiegħu kien infaxxat. L-Ispettur Christian Cauchi qal li fit-12 ta’ Marzu fis-7.30am il-mara marret tagħmel rapport tal-pulizija. Hija kellha ġrieħi fuq wiċċha, u sostniet li s-sieħeb tagħha weġġagħha. Hija ttieħdet l-isptar b’ambulanza u l-pulizija komplew jieħdu r-rapport tagħha l-isptar.
Il-mara qalet li kienet ilha f’relazzjoni mal-akkużat “on and off” mill-2023. Huma kellhom każ riċenti ta’ vjolenza domestika, iżda baqgħu flimkien. Fit-12 ta’ Marzu argumentaw fuq minn €50 wara li hi akkużatu li ħadilha l-flus.
Bdew jiġġieldu u aggredew lil xulxin. Hija waddbet taġen lejh, u hu tefa’ siġġu lejha u beda jsawwatha, semgħet il-qorti. L-ispettur kompliet żiedet li hi kienet qalet ukoll lill-pulizija li kienet tqila, u li, minħabba li s-sieħeb tagħha ma riedx it-tarbija, ġiegħilha tieħu pilloli biex tabortixxi t-tqala.
Hija kellha tqala ta’ tliet xhur meta temmet it-tqala fit-tojlit tal-appartament tiegħu f’Ħal Luqa, dejjem skont kif qalet lill-pulizija. L-ispettur żied jgħid li peress li l-mara ma ġietx mwissija u setgħet tinkrimina ruħha meta tkellmet dwar l-abort u li l-pulizija ma setgħetx takkużaha b’dak ir-reat.
Wara li l-ispettur spjega lill-maġistrat iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-arrest, il-mara xehdet li r-raġel kien l-eks sieħeb tagħha “għall-inqas għalissa”. Hija għamlet talba biex twaqqa’ l-każ kontrih, u qalet dwar l-allegat attakk.
“Din kienet l-ewwel darba. Hu qatt ma refa’ subgħajh qabel.” Saħqet li ma ġietx mhedda jew mitluba tirtira l-akkużi. Ir-raġel waqqa’ wkoll l-akkużi kontriha. Fid-dawl tal-iżviluppi, il-maġistrat ordnat li “l-proċeduri jitwaqqfu hemm”. Għall-mara dehru l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Charles Mercieca filwaqt li l-avukat Amadeus Cachia irrappreżenta lir-raġel.
//= $special ?>