Lokali

Kunsilliera tal-PL fil-Fgura tappella lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni dwar ħsarat perikolużi

Il-Kunsilliera Laburista fil-Fgura, Josianne Scicluna, permezz ta’ filmati fuq Facebook, appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni immedjata dwar ħsarat perikolużi ta’ żewġ bus stops.

Scicluna, li hi responsabbli mid-dekasteru tat-Trasport Pubbliku qalet kif matul dawn l-aħħar xhur bgħatet numru ta’ kommunikazzjonijiet iżda l-ebda persuna għadha ma ħadet ir-responsabbiltà għal dawn il-ħsarat iżda minflok farfru u rrifjutaw li jirranġaw il-ħsarat.

Kien għal din ir-raġuni li Scicluna kellha titfa’ żewġ filmati fuq Facebook personali tagħha biex tispjega kif wieħed mill-bus stops għandu l-ħġieġ imkisser filwaqt li bus stop ieħor għandu parti mis-saqaf nieqes, b’riżultat li meta tagħmel ix-xita wieħed ma jkollux post fejn jistkenn.