Lokali Parlament

Kważi 100 każ kriminali fi ħdan il-korpi dixxiplinari

Hemm 23 każ fil-Forzi Armati ta’ Malta, żewġ każi fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, każ wieħed fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u 70 każ fil-Korp tal-Pulizija, fi ħdan il-korpi dixxiplinarji ta’ pajjiżna, li għaddejjin proċeduri kriminali kontrihom quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta – kważi 100 każ kriminali.

Għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li ta t-total tal-persuni u f’liema korp dixxiplinarju qegħdin, ma qalx l-akkużi miġjuba kontrihom u x’inhi preżentement, jekk qed issir, il-kundizzjoni ta’ ħlas mill-korp dixxiplinarju tagħhom (jekk hux on half pay, no pay, full pay, eċċ.), u jaqsam tali informazzjoni skont il-korp dixxiplinarju u kemm ilhom għaddejjin il-proċeduri ġudizzjarji għal kull persuna.

Għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott, il-Ministru Camilleri qal li fil-Korp tal-Pulizija kien hemm uffiċjal li ġie mkeċċi fis-sena 2017 u daħal lura xogħol fis-sena 2018. Din il-persuna reġgħet daħlet fis-servizz wara reviżjoni tal-każ mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.