Numru kbir ta’ residenti fil-belt ta’ Napli qattgħu l-lejl tal-Erbgħa jimxu fit-toroq inkella reqdin fil-karozzi tagħhom wara li terremot qawwi heżżeż sew il-bini – tant li ċedew xi partijiet tal-konkrit mill-faċċati u l-gallariji tad-djar.
L-esperti qalu li t-theżżiża ta’ 4.4 laqtet sa tliet kilometri fond fl-artijiet tal-kosta bejn Pozzuoli u Bagnoli… Intant, it-terremot inħass sew f’kull kwartier ta’ Napli u meta l-provvista tad-dawl inqatgħet għal diversi zoni tal-belt b’konsegwenza diretta tat-theżżiża.
Iżda għalkemm it-terremot inħass ukoll f’zoni oħrajn tar-reġjun ta’ Kampanja, l-Istitut Taljan għall-Ġeofiżika u Vulkanoloġija ma rax indikazzjoni ta’ theżżiż iżda setgħet kienet ‘preludju’ għal terremot ieħor ferm aktar qawwi. Madankollu, it-tensjoni li ħakmet f’Napli għadha kbira skont l-aħħar intervisti li saru lir-residenti tal-belt.
Il-belt ta’ Napli tifforma parti minn Campi Flegrei – zona vulkanika li jirrendi r-reġjun Taljan tan-Nofsinhar aktar dispost għal dawn it-tipi ta’ theżżiż.
//= $special ?>