Grupp ta’ ġurnalisti, iffissati fil-fatti, ma jafux għandhomx jindagaw l-ironija li, fil-Malti, il-kelma MA-RA fiha l-ewwel ittri tal-kelma mara [ma], kif ukoll raġel [ra]. Jisfidaw lilhom infushom, iridu jiskopru jekk kliem u għemil in-Nazzarenu għadux iqanqal lill-bniedem fi żminna, kif isostnu xi wħud.
Il-produzzjoni ‘Ma-ra’, li ħejjiet l-Għaqda Teatrali DWAL ĠODDA bħala preambolu għall-Ġimgħa Mqaddsa f’pajjiżna tifli – wkoll permezz ta’ nies li jressqu ’l quddiem l-istess ġurnalisti – jekk man-Nazzarenu tistax tibqa’ sieq ’l hawn u sieq ’l hemm, bejn temmen jew ma temminx fih.
L-Għaqda Teatrali DWAL ĠODDA se tippreżenta l-produzzjoni ‘Ma-ra’ fl-iSpazju Teatrali ta’ Ħal Għargħur: mill-Erbgħa 9 sas-Sibt 12 ta’ April fit-7.30pm; il-Ħadd 13 ta’ April, fit-3 pm, ħalli wara titgawda l-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira li f’Ħal Għargħur li se sseħħ nhar Ħadd il-Palm.
Id-dħul hu b’xejn, kulħadd mistieden, meħtieġ booking.
Din hi l-50 produzzjoni għal żmien il-Ġimgħa l-Kbira minn din l-Għaqda tul 55 sena ta’ ħidma teatrali tagħha. Kull sena nbidel l-iskript kif jinħass li aktarx tinbidel ir-relevanza ta’ kliem u għemil in-Nazzarenu mal-ħajja tal-bniedem, fil-ħajja tagħna Maltin.
//= $special ?>