Athletic Club wettqu dak li deher diffiċli u għelbu lil Roma 3-1 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 4-3. Roma sfaw jilagħbu bi plejer anqas wara 11-il minuta meta tkeċċa Mats Hummels. Athetlic Club approfittaw u skorjaw il-gowl tal-vantaġġ ftit sekondi qabel il-mistrieħ permezz ta’ Nico Williams. Yuri Berchiche għamilhom 2-0 qabel ma’ Williams skorja t-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għat-tim tiegħu fit-82 minuta. Roma naqsu l-iskor permezz ta’ penalty lejn it-tmiem ta’ Leandro Parades.
It-tim l-ieħor minn Ruma, Lazio rnexxielhom javvanzaw wara draw ta’ 1-1 kontra Viktoria Plzen biex kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-2. Il-gowls kienu skorjati fit-tieni taqsima, l-ewwel fit-52 meta Pavel Suic poġġa lil Plzen fil-vantaġġ. Lazio ġabu l-iskor indaqs fis-77 minuta permezz ta’ Alessio Romagnoli.
Manchester United kisbu kwalifikazzjoni mportanti wara rebħa ta’ 4-1 fuq Real Sociedad u aggregate ta’ 5-2. Kienu l-Ispanjoli li marru fil-vantaġġ wara 10 minuta b’penalty ta’ Mikel Oyarzabal. Manchester United irrispondew fis-16-il minuta b’penalty ta’ Bruno Fernandes. L-istess plejer irdoppja wara l-mistrieħ b’penalty ieħor. Jon Aramburu tkeċċa għal Sociedad fit-63 minuta. Fernandes għaqqad il-hat-trick fis-87 minuta. Lejn it-tmiem Diogo Dalot għamilhom 4-1.
Tottenham ukoll avvanzaw b’rebħa ta’ 3-1 fuq AZ Alkmaar u aggregate ta’ 3-2. Wilson Odobert poġġa lil Tottenham fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima. James Maddison għamilhom 2-0 fit-48 minuta. AZ Alkmaar naqsu l-iskor permezz ta’ Peer Koopmeiners. Fl-74 minuta, Odobert għamel l-iskor 3-1.
Mill-Conference League, Chelsea avvanzaw għall-fażi li jmiss wara rebħa ta’ 1-0 fuq Copenhagen fejn kwalifikaw b’aggregate ta’ 3-1. Il-gowl deċiżiv kien skorjat minn Kiernan Dewsbury-Hall.
Fiorentina wkoll kisbu kwalifikazzjoni wara rebħa ta’ 3-1 fuq Panathinaikos u b’aggregate ta’ 5-4. Rolando Mandragora poġġa lill-Viola fil-vantaġġ qabel ma’ Albert Gudmundsson għamilhom 2-0. Moise Kean għamilhom 3-0 kwarta mit-tmiem. Panathinaikos naqsu l-iskor fil-81 minuta b’penalty ta’ Fotis Ioannidis.
EUROPA LEAGUE
Illum
Athletic v Roma 3-1(4-3 agg)
E. Frankfurt v Ajax 4-1(6-2 agg)
Lazio v V. Plzen 1-1 (3-2 agg)
Olympiacos v Bodoe 2-1 (2-4 agg)
Lyon v FCSB 4-0 (7-1 agg)
Man Utd v R. Sociedad 4-1 (5-2 agg)
Rangers v Fenerbache 0-2 (3-2 pen)
Tottenham v AZ 3-1 (3-2 agg)
CONFERENCE LEAGUE
Illum
C. Brugge v J. Bialystok 2-0(2-3 agg)
Djurgaarden v Pafos 3-0 (3-1 agg)
Lugano v NK 3-1 (5-4 pen)
R. Wien, B. Luka 2-1 (3-2agg)
Chelsea v Copenhagen 1-0 (3-1 agg)
Fiorentina v Panathinaikos 3-1(5-4 agg)
L. Warszawa v Molde 2-0 (4-3 agg)
V. Guimares v R. Betis 0-4 (2-6 agg)