Sport

Malta fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Bobsled u Skeleton

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Bobsled u Skeleton, f’Lake Placid, fl-Istati Uniti, u li jintemmu fis-16 ta’ Marzu, qed tikkompeti għal Malta fl-iskeleton Skannon Galea.

Il-kampjonati huma organizzati mill-International Bobsleigh & Skeleton Federation. Shannon Galea ta’  36 sena għandha bħala kowc lil Michael Douglas.

Sabiex ikkwalifikat għal dawn il-Kampjonati tad-Dinja, Galea kkompetiet fl-aħħar fażi tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat tal-Ewropa f’Lillehammer, fin-Norveġja.

Fl-iskeleton f’Lake Placid wara tliet heats temmet fit-28 punt b’2 minuti 56.12 sekondi.