Lokali Qorti

Mixli li seraq €250 minn taxi waqt li kien qed jiskonta sentenza sospiża

Raġel ta’ 40 sena mill-Belt wieġeb mhux ħati li seraq pouch li kien fih €250 fi flus kontanti minn ġewwa taxi. Nicholai Azzopardi, li jinsab bla xogħol, kien akkużat ukoll li wettaq ir-reat matul il-perjodu operattiv ta’ ordni ta’ probation imposta fuqu s-sena l-oħra, u li sar riċediv.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest, iżda l-avukat tal-AĠ Brandon Bonnici oġġezzjona u enfasizza li r-raġel ma kienx affidabbli. Sostna wkoll li l-allegata vittma għadha ma xehditx. L-avukat tal-għajnuna legali Nadya Fiott qalet li l-klijent tagħha kien qed ifittex impjieg u li kellu numru ta’ intervisti mħejjija.

“Jekk jinżamm il-ħabs, ir-raġel jista’ jitlef iċ-ċans li jkollu xogħol u jerġa’ jqum fuq saqajh,” qalet l-Avukat difensur. Il-libertà proviżorja ġiet miċħuda fuq il-bażi li l-proċeduri kienu għadhom fi stadju bikri u li r-raġel wera li ma kienx affidabbli.

Il-Qorti ppresediet il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo. L-avukat tal-AĠ Brandon Bonnici mexxa l-prosekuzzjoni flimkien mal-Ispettur Roderick Agius.