Futbol Sport

Rebħa importanti għal Mosta fit-taqtiegħa biex itemmu mat-Top Six

(Ritratt: Joseph Galea)

Mosta…………………….2

Melita……………………..0

Mosta: A. Udoh, P. Afriyie, S. Cachia, J. Arthur, S. Kone (C. Eke 84′), G. Goncalves, C. Failla, N. Agius (J. Scerri 84′), C. Gabriel (P. Emmanuel 62′), J. Teixeira, K. Lampsias (M. Garcia 27′)

Melita: A. Lubik, A. Pena, J.P. Attard, A. Da Costa, M. Debattista (K. Mohnani 42′), A. Borg Olivier (N. Cutajar 79′), M. Van De Bovenkamp (P. Galea Testaferrata 79′), J. Morlets (C. Gyamfi 62′), G. Barone, C. Gonzales, S. Perlaza

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti Referees: M. Scerri, P. Apap

Mosta kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Melita bl-iskor ta’ 2-0, rebħa li tkompli tqarribhom biex jilgħabu fit-Top Six fit-tieni fażi tal-Closing Round.

Iż-żewġ gowls waslu fit-tieni taqsima, l-ewwel kien Nathan Agius fit-52 minuta mbagħad kien Giancarlo Goncalves li għalaq il-partita fil-81 minuta.