Waqt festin żgħir mal-impjegati ta’ Media.Link Communications, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lis-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino, tax-xogħol li wettaq filwaqt li faħħar il-kwalitajiet tajbin li għandu li applikahom fir-rwol tiegħu tul dawn l-aħħar 4 snin.
Bernard Grech kompla jgħid li filwaqt li l-ħidma ta’ Michael Piccinino mhix se tkun qed titwarrab iżda, b’differenza se tkompli fix-xhur u s-snin li ġejjin, il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista se tkompli sabiex tkun parti integrali mill-politika tal-istess partit. Dan bil-mira li l-Partit Nazzjonalista jerġa’ lura fil-Gvern biex imexxi b’politika ġusta u nadifa.
Minn naħa tiegħu, Michael Piccinino rringrazzja tal-ħidma li wettqu l-ħaddiema u l-voluntiera tal-Partit Nazzjonalista flimkien miegħu fir-rwol ta’ Segretarju Ġenerali. Dan filwaqt li awgura lil Charles Bonello li se jkun qed jieħu postu fir-rwol ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.
Indirizza wkoll lill-ħaddiema l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione fejn fakkar li bħalissa qed nimmarkaw passaġġ għall-figura tant importanti fi ħdan il-Partit. U għalhekk hawnhekk taqa’ responsabbiltà kbira fuq dik il-persuna li tkun qed tmexxi flimkien ma’ uffiċjali oħra għal deċiżjonijiet diffiċli li jkunu tant meħtieġa. B’din ir-responsabbiltà ta’ tmexxija issa mxiet migħand idejn Michael Piccinino għal Charles Bonello.




Ritratti: Catriel Farrugia Sghendo