Lokali Parlament

561 Għawdxin fil-Ministeru u fl-entitajiet responsabbli minnhom il-Ministru Clifton Grima

In-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħt Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka, huwa ta’ 561.

Il-Ministru Grima ma qalx fil-Parlament xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin; f’liema direttorat jaħdmu; x’tip ta’ xogħol jagħmlu; u kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu.

Il-mistoqsija parlamentari saret mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.