“Li traqqad kelb għaliex ma tridux jew ma tistax iżżommu aktar, għandha tkun illegalità”.
Hekk stqarret is-Shadow Minister Janice Chetcuti, li spjegat li qatt ma jista’ jkun aċċettabbli illi għax persuna ma tkunx tridu jew ma tistax iżomm il-kelb tagħha..u allura jitraqqad.
Huwa għalhekk illi l-Partit Nazzjonalista qed jappella sabiex jinbidel Kapitlu 439 – cioè – l-Animal Welfare Act u jipi emendat sabiex dan l-att ikun wieħed kundanabbli bil-liġi.
Fl-aħħar jiem kienu bosta li kkundannaw dan l-att li sfortunatament huwa komuni f’pajjiżna; bl-aħħar eżempju jkun dak tal-kelb Bruce.
Kelb illi traqqad sempliċiment għaliex ma kellux fejn joqgħod…b’numru ta’ persuni jersqu biex jadottawh, iżda wara li kien traqqad.
Madanakollu kienu bosta li kkundannaw dan l-att, hekk kif l-ebda kelb ma għandu jitraqqad sempliċiment għaliex ma għandux saqaf fuq rasu.
Intant, Janice Chetcuti saħqet ukoll li għandu jkun shelter adekwat għal dawn l-annimali…wegħda elettorali tal-Partit Laburista li baqgħet fuq l-ixkaffa.
//= $special ?>