Mark Carney, eks-Kap tal-Bank of England u l-Bank tal-Kanada , għadu kemm ħa l-ġurament bħala l-Prim Ministru Kanadiż ġdid….Dan ftit wara r-riżenja uffiċjali ta’ Justin Trudeau li kien qed jokkupa l-kariga qablu.
Carney anki ħa post Trudeau bħala l-Kap tal-Partit Liberali wara vot ta’ ‘akklamazzjoni’ mill-membri tal-partit u fi żmien meta din l-entità politika tidher li qed iżżid l-appoġġ skont l-istħarriġ nazzjonali.
Filwaqt li Carney hu isem relattivament ġdid fix-xena politika, hu għandu esperjenza kbira ta’ kif imexxi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn sitwazzjonijiet ta’ kriżi…Kapaċità li għandha tgħin ħafna lill-Kanada fi żmenijiet ta’ diżgwid mal-Istati Uniti ta’ Donald Trump.
Dan b’mod partikulari meta l-President Amerikan qed jimponi sensiela ta’ tariffi ‘qawwija’ fuq il-Kanada fost id-diskors li jrid li dan il-pajjiż jispiċċa bħala l-51 Stat Amerikan.
Il-Prim Ministru ġdid tal-Kanada, sadanittant, insista li pajjiżu se joħroġ aktar qawwi u rispettat minn din l-isfida u meta mistenni li l-gwerra tat-tariffi mal-Istati Uniti teskala għat-tul taż-żmien.
L-elezzjoni federali li jmiss fil-Kanada suppost li ssir f’Ottubru, iżda ħafna jaħsbu li Carney kapaċi jsejjaħ elezzjoni bikrija matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>