Lokali

Il-midja Laburista jkollha tbiddel artiklu online wara li nqabdet tigdeb

Wara li għal darb’ oħra, inqabdet ixxerred fake news dwar l-Eżekuttiv li sar il-Ħamis sabiex jiġi kkonfermat Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista – il-midja Laburista kellha tbiddel artiklu online wara li nqabdet tigdeb.

Il-Ħamis filgħaxija, ONE News, ħareġ bi storja li – skont hu – kienet esklussiva. Fejn kien ġie spjegat li fil-laqgħa tal-Eżekuttiv, qam jitkellem ix-Shadow Minister Ivan J. Bartolo… u li dan spjega li minħabba x-Shadow Minister Karol Aquilina, iddeċieda li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Iżda din il-gidba sfaxxat fix-xejn, hekk kif mhux talli Ivan J. Bartolo ma tkellimx, talli l-anqas kien preżenti fil-laqgħa tal-Eżekuttiv.

Għaldaqstant, ONE News kien sfurzat ibiddel l-artiklu, u joħroġ b’aħbar ittimbrata esklussiva… aħbar li d-dettalji tagħha kienu inklużi fi stqarrrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista stess.