Lokali

“Irridu nirbħu l-qlub tan-nies” – Charles Bonello

“Irridu nirbħu l-qlub tan-nies”

Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, meta kien intervistat fuq Net FM minn Dione Borg..fejn spjega illi huwa determinat li l-Partit Nazzjonalista jkompli jirbaħ il-qlub tan-nies, u jiżra’ t-tama fost il-poplu.

Charles Bonello spjega illi l-aqwa missjoni ta’ partit politiku hija li jgħin lin-nies.

U dan se jkun qed isir billi l-Partit Nazzjonalista jħabbat l-bibien u jisma’ l-weġgħat tan-nies, permezz tal-uffiċjali, il-kandidati u dawk kollha li jimmilitaw fil-PN.

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN spjega wkoll kif l-ewwel prijoritajiet tiegħu, f’din il-kariga ġdida, se jkun li jibda t-tiġdid fl-istrutturi interni tal-Partit Nazzjonalista.

Intant, aktar tard matul il-jum, Charles Bonello reġa’ kien mistieden kemm fuq Net TV u anke fuq Net FM. Fejn stqarr illi l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tirrikjeda ħafna xogħol – bl-appell illi pajjiżna ħaqqu bidla radikali sabiex jimxi ‘l quddiem.

B’Charles Bonello jispjega li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern huwa li se jipprovdi ekonomija, reputazzjoni u governanza nadifa, trasparenti u li ssarraf f’ġid għall-poplu Malti u Għawdxi.

Dan filwaqt li flimkien mal-Kap tal-PN Bernard Grech żaru l-aħħar preparamenti li qed isiru għall-maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-PN.

Hawn, sar appell sabiex nhar il-Ħadd, kulħadd jingħaqad mal-Partit Nazzjonalista għal din l-inizjattiva ta’ ġbir ta’ fondi li se tkun qed tgħin lill-PN jissaħħaħ u jkompli bil-ħidma tiegħu.