Lokali

L-APS lest jakkwista l-bank HSBC Malta

Kollox jindika li l-bank APS se jibqa’ għaddej bil-pjan tieghu li jakkwista l-maġġoranza tal-ishma fl-HSBC Malta.

Fil-fatt, kien il-Kap Eżekuttiv stess tal-APS illi stqarr li l-bank hu lest biex jipproċedi għall-istadju li jmiss fit-tranżazzjoni potenzjali biex jikseb il-maġġoranza tal-ishma tal-HSBC.

Din it-tranżazzjoni se twassal għall-akkwist ta’ 70% tal-ishma tal-HSBC Bank Malta.

Il-Każ Eżekuttiv ikkonferma dan waqt li preżenta r-riżultati finanzjari tal-bank għas-sena li għaddiet.

Huwa qal li l-bank ilu xhur jipprepara internament għal din l-eventwalità u issa jinsab lest għall-istadju li jmiss ta’ din it-tranżizzjoni potenzjali.