Lokali

L-istudenti jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom mill-Università ta’ Malta

F’dawn il-jiem, diversi studenti qed jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom. Dan wara li temmew b’suċċess korsijiet ta’ Masters fl-Università ta’ Malta.

Fost dawk li ċċelebraw din il-kisba, kien hemm il-periti u anke l-għalliema l-ġodda li waslu fid-Dar Centrali tal-PN bil-buscade li issa saret sinonima mal-gradwazzjonijiet.

Jilqghu lill-periti u lill-edukaturi kien hemm il-Kap tal-PN Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.

Huma ferħu lill-istudenti għas-suċċess fl-istudji tagħhom. Apparti minn hekk, awgurawlhom għall-futur tagħhom f’din il-karriera.