Lokali

Is-Sibt li ġej issir il-maratona Missio Malta

Il-maratona tal-Missio se ssir is-Sibt li ġej mill-11 ta’ filgħodu sal-11 ta’ filgħaxija – tnax-il siegħa ta’ ġbir ta’ fondi organizzata minn Missio Malta b’risq il-familji li jgħixu f’artijiet fejn hemm il-faqar.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, Net News żar l-iskola sekondarja tal-Ħandaq, fejn hemmhekk tkellem ma’ Nancy Camilleri, koordinatur ta’ Missio Malta, fejn spjegat li l-missjoni tagħha hi li taħdem id f’id mal-iskejjel sabiex tqajjem aktar kuxejnza dwar ir-realtajiet, l-ostakli, u l-preġudizzji li individwi inqas ixxurtjati minna jesperjenzaw.

Hi kellmitna dwar l-importantanzi li l-istudenti jkollhom għarfien ħolistiku fuq id-diversità, għaliex bosta huma dawk l-iskejjel hawn f’Malta li fihom jattendu studenti ġejjin minn kulturi differenti.

L-Assistent Kap tal-Iskola Tal-Ħandaq appellat lin-nies  sabiex nhar is-Sibt jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom.

Net News tkellem ma’ xi studenti ta’ din l-iskola illi qasmu magħna l-apprezzament tagħhom għad-diversità li hemm fl-iskola tagħhom… dan filwaqt li kellmuna wkoll dwar l-importanza tal-missjoni madwar id-dinja.

Din il-maratona tas-Sibt se tkun qed tixxandar fuq Net Television.