Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Partit Nazzjonalista ressaq mozzjoni fil-Parlament li tixhed il-viżjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech; u fejn irid iwassal lil pajjiżna. Mozzjoni li fiha l-Partit Nazzjonalista propona t-tneħħija tat-taxxa fuq l-għajnuna tal-COLA sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jgawdu minn għajnuna b’mod sħiħ; tax credits għal min ħaddem bħala għajnuna sabiex iż-żieda li jagħtu fil-pagi tal-impjegati jeħduha lura fi tnaqqis ta’ taxxi bil-għan li jinvestu aktar; ħolqien ta’ fond nazzjonali li jagħti appoġġ finanzjarju lill-importaturi; u l-ħolqien ta’ mudell ekonomiku ġdid.
Quddiem dawn il-proposti, il-Gvern Laburista vvota kontra. Dan għaliex skont il-Ministru Michael Falzon il-proposti ma jagħmlux sens.
Il-Ministru Falzon insista li l-Gvern mhux se jkun qed jaqta’ t-taxxa minn fuq il-COLA għaliex diġà qed jgħin lin-nies – iżda l-verità li anke l-imsieħba soċjali jaqblu magħha.
Intant Net News staqsa lill-Ministru Falzon dwar iż-żieda li pajjiżna qed jesperjenza fil-konsum ta’ droga kokaina, bil-Ministru jispjega li jekk ikun hemm bżonn anke l-infruzar ghandu jiżdied.
Fl-aħħar jiem kemm rapporti fil-ġurnali kif ukoll studji xjentifiċi urew li l-abbuż ta’ droga f’pajjiżna partikolarment tal-kokaina qiegħed jiżdied b’tali mod li s-soċjetà qed tikkunsidra kważi “normali” il-konsum ta’ tali droga f’ċertu żoni, avvenimenti u stabbilimenti tad-divertiment.
//= $special ?>