Lokali

Nhar il-Ħadd: Maratona ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista

Ritratt: Martin Agius

Nhar il-Ħadd, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed idur fuq il-ġenerożità tal-poplu Malti u Għawdxi sabiex ikompli jsaħħaħ il-politika u l-messaġġ tiegħu.

Għaldaqstant, l-aħħar preparamenti għal din il-maratona għaddejin ġmielhom, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello jżuru l-ħaddiema u l-voluntiera li qed jgħinu sabiex din il-maratona tkun ta’ suċċess.

Il-maratona ġbir ta’ fondi se tkun qed tixxandar LIVE fuq NetTV u anke NetFM.