Lokali

Sejba ta’ 98kg kokaina fil-Port Ħieles

L-Erbgħa waranofsinhar, il-Pulizija, flimkien ma’ uffiċjali mid-Dipartiment tad-Dwana, elevaw
mat-98 kilogramma droga suspettata kokaina fil-Port Ħieles.

Id-droga nstabet moħbija f’kontejner li kien ġej mill-port ta’ Guayaquil fl-Ekwador u destinat lejn
il-port ta’ Genoa, fl-Italja.

Il-kontejner li kien fih kaxxi bil-gambli ffriżati – wara aktar spezzjonijiet li saru, bejn il-kaxxi nstabu erba’ basktijiet bl-allegata sustanza kokaina.

Mal-ewwel infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Joe Mifsud, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.