L-Inkjesta b’rabta mas-serqa ta’ 132kg reżina tal-kannabis minn kontejner li kien għand il-Forzi Armati ta’ Malta se tigi estiża. Dan wara li l-Imħallef irtirat Geoffrey Valenzia talab għal estensjoni bil-konsegwenza li l-Inkjesta se tieħu ftit aktar ġranet biex tiġi ppubblikata.
Meta faqqa’ dan il-każ serju l-Pulizija kienu qalu li nsterqet 226kg droga. Iżda aktar tard irriżulta li dan in-numru li semma’ l-Kummissarju kien żbaljat.
Fil-Qorti intqal li s-serqa mill-barracks tal-AFM damet sagħtejn sħaħ għaddejja, u d-droga ittieħdet mill-kontejner permezz ta’ basktijiet tax-shopping.
Fil-post, suppost kellu jkun hemm tliet persuni għassa mal-barracks.
Intqal ukoll li l-ħallelin daħlu u ħarġu tliet darbiet biex ħadu d-droga mill-kontejner.
Preżentament, fil-Qorti, hemm sitt persuni akkużati b’din is-serqa.
//= $special ?>