Lokali Mużika

“Serving” – it-titlu l-ġdid tal-kanzunetta ta’ Miriana Conte

Wara l-kontroversja li nħolqot minħabba l-kanzunetta ‘Kant’ ta’ Miriana Conte, li biha kienet mistennija tirrappreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena, hi kellha tbiddel it-titlu tagħha.

Din il-kontroversja nħolqot wara li l-EBU ċċensurat il-kelma ‘kant’ wara rapport mill-BBC, u b’hekk kellhom isiru xi bidliet fil-kanzunetta ta’ Conte.

B’risposta għal din iċ-ċensura, Conte ippubblikat l-kanzunetta aġġornata, li se tintuża f’Basel f’Mejju li ġej… bil-poster iħabbar li t-titlu l-ġdid hu Serving.

Wieħed jista jara l-music video u jisma l-kanzunetta aġġornata hawn: Miriana Conte – SERVING | Malta 🇲🇹 | Official Music Video | #Eurovision2025