Lokali

AĠĠORNATA: Iweġġa’ gravi wara li inqaleb bit-trakk li kien qed isuq fil-limiti tar-Rabat

Raġel ta’ 35 sena residenti Marsaskala weġġa’ gravi wara inċident ikrah li seħħ fi Triq Buqana fil-limiti tar-Rabat, wara li t-trakk li kien qiegħed isuq inqaleb f’nofs it-triq.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am.

Is-sewwieq ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Nies fil-post qalulna li ħafna materjal tal-kostruzzjoni u terrapien spiċċa f’nofs it-triq. Tant li din l-arterja ewlenija kellha tingħalaq għal xi ħin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.