Illum qed tittella’ l-maratona ġbir ta’ fondi annwali b’risq Missio Malta sabiex jinġabru fondi għall-proġetti li jsiru fil-pajjiżi tal-missjoni.
Din is-sena, it-tema tal-maratona hija ”Il Quddiem bit-Tama’ ispirata mit-tema tal-Ġublew Dinji li qed jiġi ċċelebrat madwar id-dinja Nisranija. Missio Malta qed tħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin sabiex jagħtu t-tama lil min tant jeħtieġ, permezz tal-ħidma tal-missjunarji u l-voluntiera ta’ Missio Malta.
Fost dawk li żaru din il-maratona kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech fejn appella sabiex kull persuna tgħin ħalli dawk il-persuni fil-faqar jgħixu mgħejjuna sabiex jgħixu ħajja umana, b’aċċess għall-ilma nadif, edukazzjoni u bini ta’ djar, fost l-oħrajn.
Bernard Grech irrikonoxxa l-fatt li l-poplu Malti u Għawdxi dejjem kien ġeneruż ma’ dawk inqas ixxurtjati minnu tant li sena wara sena juri s-solidarjetà tiegħu f’kull maratona li tittella’. Dan apparti li tkellem dwar l-importanza tal-volontorjat, kemm billi joffri l-ħin tagħhom iżda anke meta wieħed jagħti l-għajnuna permezz tal-fondi.
Din il-maratona hija kruċjali għall-operat ta’ Missio Malta hekk kif is-suċċess tal-maratona jiddetermina kemm Missio tkun kapaċi tkompli bil-ħidma tagħha għas-sena li ġejja. L-għaqda tassigura li tkompli tibni l-iskejjel, tipprovdi l-edukazzjoni, tibni bjar għall-ilma nadif, u djar fejn jorqdu familji fil-pajjiżi tal-Afrika, l-Ażja u l-Amerika t’Isfel.
Il-maratona bdiet mill-11 am u għandha tiġi fi tmiemha fil-11 pm fejn qed tixxandar fuq għadd ta’ stazzjonijiet lokali, fosthom Net Television.
//= $special ?>