Internazzjonali

Eluf jingħaqdu f’protesta kontra l-Gvern f’Belgrade

Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw f’dimostrazzjoni li hi kkunsidrata bħala l-ikbar protesta kontra l-gvern fi snin twal. Id-dimostranti Serbi pprotestaw kontra l-korruzzjoni, il-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet, kif ukoll partitarji tal-President Alexandar Vicic iffaċjaw lil xulxin f’din id-dimostrazzjoni li seħħet fiċ-ċentru ta’ Belgrad fis-Serbja.

L-istudenti ilhom minn Diċembru jipprotestaw ta’ kuljum wara l-mewt ta’ 15-il persuna kawża minħabba li qaqa’ saqaf fuqhom fl-istazzjon tal-ferrovija f’Novembru f’ Novi Sad… li l-kritiċi jwaħħlu fuq il-korruzzjoni taħt Vucic.

Din id-dimostrazzjoni seħħet is-Sibt fejn id-dimostranti mxew minn quddiem l-Assemblea Nazzjonali għal Pjazza Salvija. Ftit qabel bdew ir-rally kellhom kwarta silenzju biex jfakkru fil-vittmi tat-traġedja ta’ Novi Sad, eżatt fl-istess ħin li saret it-traġedja.