Lokali

GĦADA: Maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-PN

Ritratt: Martin Agius

“Il-fondi tal-maratona huma neċessarji. Iżda daqstant huwa importanti li n-nies ikunu magħna fil-maratona tal-Ħadd.”

Hekk iddikjara s-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello meta l-Ġimgħa, fil-programm NETLIVE, wassal l-appell tiegħu għall-maratona tal-Ħadd.

Charles Bonello spjega illi tul il-jum tal-Ħadd, filgħodu, it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed iżżur diversi każini. Dan sabiex jinġabru d-donazzjonijiet għal din il-maratona.

Waqt din l-intervista, Charles Bonello qal li l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali żgur li se titlob responsabilità, sagrifiċċju u determinazzjoni. U nsista se jkun qed jaħdem ma’ kulħadd biex il-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss ħalli il-poplu Malti u Għawdxi jkollu l-bidla li tixraqlu.

Fuq Net TV, Charles Bonello rringrazzja lil Michael Piccinino li ħalla partit iktar b’saħħtu u iktar organizzat filwaqt li tenna l-apprezzament tiegħu lejn il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali.