Lokali

“Għinuna nkomplu l-ħidma tagħna biex igawdi l-poplu kollu” – Bernard Grech

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Naħdmu lkoll u naslu.

Kien dan dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista lill-Għawdxin meta jum qabel il-maratona ġbir ta’ fondi ltaqa ma diversi persuni fil-Każin tal-Partit  Nazzjonalista fix-Xagħra fejn ingħata merħba sabiħa.

Dawk preżenti minn naħa tagħhom tkellmu miegħi u qasmu l-esperjenzi u l-inġustizzi li qegħdin jiffaċċjaw. Fejn hu sostna dwar l-importanza li l-istituzzjonijiet jaħdmu. Hu fakkar kif nhar it-Tnejn Gvern Laburista se jressaq mozzjoni biex jikkundana lil Partit Nazzjonalista għax il-Gvern ta’ Abela huwa ffukat biss biex jagħlaq ħalq il-Partit Nazzjonalista fost oħrajn.

Kien għalhekk  li Bernard Grech għamel l-appell tiegħu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi biex b’hekk il-Partit Nazzjonalista jkompli jsaħħaħ leħnu.

Waqt li kien fil-każin tax-Xahra kif ukoll waqt konferenza li saret f’ Għawdex dwar il-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem mal-Għawdxin dwar id-diffikultajiet tagħhom biex jivjaġġaw kif ukoll dawk infrastruturali fost oħrajn.

Bil-Kap  tal-Partit Nazzjonalista jkollu din l-opportunità biex jimsa’ mill-qrib lilL-Għawdxin, u jaqsam magħhom il-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-Għawdex.