Mill-inqas 10 persuni mietu f’Missouri wara li tromba tar-riħ laqtet il-partijiet ċentrali u tan-nofsinhar tal-Istati Uniti, u ħalliet ħsarat kbar f’diversi reġjuni.
Il-gvernatur ta’ Missouri wissa dwar aktar temp qawwi, inkluż ir-riskju ta’ iżjed trombi tar-riħ matul is-Sibt.
Dawn il-maltempati laqtu wkoll lil Texas u Oklahoma, li kkawżaw nirien kbar. L-istat ta’ Missisippi wkoll jinsab fuq allert għoli għat-trombi tar-riħ, skont l-Amministrazzjoni Nazzjonali Oċeanika u Atmosferika.
//= $special ?>