Lokali Qorti

Jingħata sentenza sospiża wara li seraq birer u ikel

Simon Lee Gettings, Ingliż ta’ 41 sena ngħata sentenza ħabż sospiża b’sentejn meta nstab ħati li seraq disat ifliexken tal-birra żewġ sandwiches u wrap mill-cafeteria.

Hu ġie mixli wkoll li fid-9 ta; Frar fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hedded uffiċjal pubbliku, seraq xi oġġetti bil-valur inqas minn €233, li kien fis-sakra u kiser il-paċi pubblika.

Ir-raġel ammetta dawn l-akkużi, kif ukoll ammetta li kellu arma fuqu. Il-Qorti sabitu ħati u weħħlitu sena ħabs sospiża b’sentejn u mmultatu €800.Jingħata sentenza sospiża wara li seraq birer u ikel.