Internazzjonali

Jinqatlu tim ta’ voluntiera f’Gaza wara attakk mill-Iżrael

Tmien voluntiera mill-għaqda Ingliża Al Khair Foundation inqatlu f’Gaza wara li l-vetturi tagħhom kienu fil-mira ta’ attakk mill-Izrael… attakk li l-Ħamas iddeskrivew bħala ksur tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied.

Minn naħa tagħhom, il-militar Iżraeljan sostnew li huma laqtu żewġ terroristi li ġew iddentifikati li qed joperaw drone li kien ta’ theddida għat-truppi Iżraeljani, u li mmiraw għal terroristi addizzjonali li kienu fil-post.

L-għaqda ċaħdet kull allegazzjoni li membri tat-tim tagħha kienu terroristi.

Il-waqfien mill-ġlied bejn l-Izrael u l-Ħamas ilu fis-seħħ minn Jannar, iżda l-futur ta’ dan hu inċert, hekk kif il-proċess wasal f’punt li qed iqajjem biża’ ta’ ritorn għall-ġlied.