Monza lagħbu d-9 partita bla rebħa hekk kif ġew miżmuma minn Parma bl-iskor ta’ 1-1.
Armando Izzo jiftaħ l-iskor wara siegħa logħob għal Monza, b’ Parma jagħmlu l-iskor fl-84 minuta permezz ta’ Ange Bonny.
Hellas Verona komplew jitbiegħu minn qiegħ tal-klassifika hekk kif għelbu lil Udinese b’gowl ta’ Ondrej Duda fit-72 minuta.
Milan kisbu rebħa missielta ħafna kontra Como bl-iskor minimu ta’ 2-1.
Ir-Rossoneri bdew fuq sieq ħażina hekk kif Lucas da Cunha jiftaħ l-iskor għal Como fit-33 minuta minn assist ta’ Diao.
Fit-53 minuta Milan jagħmlu l-iskor indaqs minn Christian Pulisic.
Fil-75 Milan jieħdu l-vantaġġ wara ħafna sforzi permezz ta’ Tijjani Reijnders li kompla l-istaġun tajjeb tiegħu.
Fl-aħħar minuti tkeċċa l-kowċ ta’ Como Cesc Fabregas wara kummenti lejn ir-Referee, kif ukoll Dele Alli li tkeċċa wara li kkometta foul fuq Loftus Cheek.
Torino għelbu lil Empoli fl-aħħar konfront tal-ġurnata permezz ta’ gowl ta’ Nikola Vlasic fis-70 minuta.
SERIE A
Il-Ġimgħa
Genoa v Lecce 2-1
Illum
Monza v Parma 1-1
Udinese v Verona 0-1
Milan v Como 2-1
Torino v Empoli 1-0
Għada
Venezia v Napoli 12:30pm
Bologna v Lazio 3:00pm
Roma v Cagliari 4:00pm
Fiorentina v Juventus 6:00pm
Atalanta v Inter 8:45pm