Lokali

Organizzat l-avveniment JA Malta Marketplace fil-Belt Valletta

Is-Sibt waranofsinhar ġie organizzat l-avveniment annwali JA Malta marketplace … quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta. Dan bil-għan li  l-istudenti li jifformaw parti mill-fondazzjoni Maltija JA, ikollhom l-opportunità li jbiegħu l-prodotti tagħhom lill-pubbliku u jipprattikaw ħiliet intraprenditorjali.

L-għaqda mhux governattiva JA tilqa’ fi ħdanha żgħażagħ ta’ eta li tvarja bejn il-ħmistax u s-sbatax-il sena, li jkunu għadhom fl-ewwel tarġa tagħhom qabel ma jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u tgħinhom isaħħu l-ħiliet tagħhom fix-xogħol sabiex ikunu ppreparati għall-futur.

L-għan ta’ din il-fondazzjoni huwa msejjes fuq tliet pilastri; li joffru opportunitajiet ġodda lill-studenti, jiġu mgħallma edukazzjoni u esperjenza sħiħa fl-oqsma tan-negozju, u jippratikkaw l-intraprenditorija.

Fost l-istudenti li jiffromaw parti minn din l-għaqda hemm l-istudenti tal-Junior College, Giovanni Curmi Higher Secondary u studenti  l-Istitut għall-Istudji tat-Turiżmu.