Għal dawk kollha li huma dilettanti tal-mudelli u l-figurini fuq skala magħmulin bl-idejn, wieħed jista’ jżur il-wirja li qed tiġi organizzata fin-Notre Dame Gate fil-Birgu mill-Malta Society of Model Makers.
F’din il-wirja hemm esebizzjoni ta’ għadd ta’ ajruplani, dgħajjes u submarines militari, diversi xeni mill-gwerra, kif ukoll għadd ta’ figurini u skulturi bl-injam.
NET News tkellem ma’ Peter Calleja, wieħed mill-organizzaturi, fejn spjega iżjed dwar xiex tikkonsisti din il-wirja.
Din l-attività se tiġi fi tmiemha nhar il-Ħadd 23 ta’ Marzu fil-5pm, u se tkun miftuħa kuljum mid-9am u sas-6pm matul il-ġimgħa u fis-7pm matul tmiem il-ġimgħa u f’festi pubbliċi.
