Lokali

Passiġġiera ta’ 63 sena ġġarrab xi ġrieħi wara inċident f’Raħal Ġdid

Passiġġiera ta’ 63 sena residenti Marsascala ġarbet xi ġrieħi, wara inċident tat-traffiku li seħħ f’Raħal Ġdid.

Dan l-każ seħħ għall-ħabta tas-1.15 ta’ waranofsinhar, fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid, meta għal xi raġuni s-sewwieq ta’ 63 sena residenti Marsascala tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu bil-konsegwenza li baqa’ dieħel f’barrier li kien hemm fl-istess triq.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet ċċertifikata li ġarrabet xi ġrieħi ħfief. Dan filwaqt li s-sewwieq ma ġarrab l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.