Lokali

“Qalbna mal-poplu; Se mmorru quddiem in-nies bl-akbar umiltà”

“Kullħadd hu milqugħ fil-Partit Nazzjonalista u fil-proġett biex insalvaw lil Pajjiżna.”

Hekk stqarr is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, meta kien intervistat fuq l-istazzjon tar-radju 103FM minn Andrew Azzopardi, fejn spjega illi għall-Partit Nazzjonaista kull individwu għandu kontibut x’joffri għaliex il-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit ta’ kulhadd, u għaldaqstant, dan hu l-mument li l-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ u jiġġedded.

Charles Bonello kompla billi qal li fil-ħidma tiegħu fl-irwol il-ġdid ta’ Segretarju Ġenerali determinat li jkompli jiżra’ t-tama fost il-poplu billi jmur quddiemu bl-akbar umilità.

Charles Bonello sostna li l-Partit Nazzjonalita diġa għamel passi kbar biex jiraħ t-tamà tal-poplu Malti u Għawdxi iżda fadal xi jsir.

Meta mistoqi dwar l-elezzjoni ġenerali li jmiss, Charles Bonnello irringrazzja lil dawk il-kandidati li diġa ġew  approvati kif ukoll lil oħrajn li diġà wrew interess li jkunu parti mit-tim tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u li se jkunu approvati fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, filwaqt li saħaq li dan għadu biss il-bidu ta’ proċess li se jwassal biex il-Partit Nazzjonalista jagħmel minn pajjiżna Malta Żagħżugħa.