Il-Pulizija rnexxielha tarresta żewġt irġiel waqt li dalgħodu kienu qed iwettqu serqa minn residenza fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar.
Kien għall-ħabta tad-9:15 am meta l-Pulizija daħlilhom rapport li kenet qed issir serqa, fejn żewġ persuni kienu sgassaw bieb ta’ residenza u daħlu ġewwa. Hekk kif waslu fil-post, il-Pulizija nnutaw żewġ persuni fl-istess triq li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatat.
Iż-żewġ persuni, raġel ta’ 38 sena residenti Santa Venera u ieħor ta’ 59 sena residenti x-Xagħra, ġew arrestati għal aktar investigazzjonijiet, filwaqt li l-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.