Futbol Sport

Arsenal jirbħu d-derby kontra Chelsea, Man Utd jirritornaw għar-rebħ fil-Premier League

Arsenal kisbu l-ewwel rebħa fl-aħħar erba’ partiti fil-Premier League meta f’darhom għelbu lil Chelsea 1-0. Il-gowl deċiżiv wasal wara 20 minuta meta minn corner ta’ Martin Odegaard, kien Mikel Merino li bir-ras xellef għal wara Robert Sanchez.

Manchester United ukoll irritornaw għar-rebħ fil-Premier League meta barra minn darhom għelbu lil Leicester City 3-0. Rasmus Hojlund poġġa lir-Red Devils fil-vantaġġ wara 28 minuta. Alejandro Garnacho għamilhom 2-0 fis-67 miunta qabel ma Bruno Fernandes għalaq il-partita lejn it-tmiem.

Rebħa komda ta’ 2-0 għal Fulham fuq Tottenham Hotspur bil-gowls jaslu fl-aħħar 12-il minuta. Rodrigo Muniz poġġa lil Fulham fil-vantaġġ fit-78 minuta. Lejn it-tmiem kien Ryan Sessegnon li għamilhom 2-0.